Developed by: Videotones Malta ICT
Radju Katidral 90.90 fm st
Lehen il- Katidral f' darek
News - Id-Djaknu John Meilak illejla Saċerdot !
John Meilak twieled nhar is-26 ta’ Ġunju 1982, ir-Rabat-Ghawdex, bin Publiju u Tarċisja Gauci. Huwa l-izghar wild fost erba’ ahwa. Irċieva l-edukazzjoni
primarja tieghu fl-iskola tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, ir-Rabat; u l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo Ninu Cremona. Kompla l-istudji postsekondarji fis-Sixth Form Sir Mikelanġ Refalo ta’ Ghawdex. Fit-tmiem hu dahal is-Seminarju biex ikompli l-istudji Filosofiċi u Teoloġiċi ghas-saċerdozju. John dahal abbati l-Katidral fis-sena 1993. Bhala abbati u bhala seminarista, John kien membru fil-grupp tal-vokazzjonijiet u hadem bl-ikbar effiċjenza biex iġib ’l quddiem dak kollu li jsir fil-Katidral. Fis-sena 2003, ma’ tmiem l-istudji postsekondarji, huwa ghamel sena ta’ esperjenza fil-parroċċa
ta’ Saint Mary f’Gosporth, l-Ingilterra. Lura Ghawdex, hu dahal is-seminarju f’Settembru 2004 flimkien ma’ hames seminaristi ohra. Is-sena intermedjarja f’nofs l-istudji tieghu, bejn l-2007 u l-2008, ghaddiha fil-parroċċa tan-Natività Ruma – sena li matulha studja l-liturġija fl-Università Pontifiċja ta’ Sant’Anselmu. Din l-ahhar sena kien qieghed iservi bhala seminarista fil-parroċċa tal-Madonna ta’ Loreto, Ghajnsielem.