News - Radju Katidral bl- iskeda tal-Festa Santa Marija 2010.

HOME l ABOUT US  l SCHEDULE l NEWS l LIVE l CREW l MULTIMEDIA l LINKS l ONLINE TV l CONTACT US
© Radju Katidral
Developed by: Videotones Malta ICT
Radju Katidral 90.90 fm st
Lehen il- Katidral f' darek
L- ahhar gimgha mill- iskeda tas- sajf 2010 tfisser il- bidu tal- iskeda tal- festa ta’ Santa Marija 2010. Bhas- soltu Radju Katidral joffri ghazla varjata ta’ programmi ghal kull eta’. Ghal din is-sena, Radju Katidral qed ihejji skeda mill-aqwa, b’materjal varjat, li ghandu bhala tema principali l-festa tal-Ghid tal-Assunta. Ma jonqsux il-programmi ‘tal-Banda’, li jzewqu l-iskeda bil-marci brijuzi, u informazzjoni dwar is-Socjeta’ Leone. Hawnekk wiehed ma jhalli barra l-programm ‘Waslet il-Kbira’ tal-kollega Matthew Sultana, liema programm is-sena l-ohra kiseb success enormi. Ta’ min isemmi biss is-7,000 ruh li segwew l-edizzjoni ta’ dan il-programm f’lejlet il-festa permezz is-servizz tal-Online TV, is-sena li ghaddiet. Semmejna l-Online TV, u hawnekk ta’ min jaccerta li ghal sena ohra, Radju Katidral se jkun qed joffri dan is-servizz lit- telespetatturi tieghu, specjalment lill-morda u l-anzjani tal-parrocca, u kif ukoll l-emigranti, li permezz ta’ dan is-servizz ihossuhom eqreb tal-parocca tal-Katidral u tas- Socjeta Filarmonika Leone. Ovvjament, ma jonqosx li bhal kull skeda tal-Festa, ikun hemm ix-xandiriet diretti tal-funzjonijiet u c-celebrazzjonijiet kollha li jsiru fil-Knisja Katidrali kif ukoll xandiriet minn barra is- swar tac- cittadella fosthom marcijiet brijuzi. Mill-quddies tal-Kwindicina ghall-Funzjonijiet tat-Tridu u eventwalment it-Translazzjoni Solenni, u l-Quddiesa Pontifikali ta’ nhar il-Festa, Radju Katidral se jkun ghaddej b’hidma kontinwa sabiex dawn jixxandru, dejjem ghall-beneficcju u s-servizz tal-komunita’. Dik kienet harsa hafifa lejn x’ghandu wiehed jistenna mill-iskeda tal-Festa 2010. Nistednukom biss sabiex tisimghuna fuq ir-radju jew permezz tal-online streaming, u tghaddulna l-kummenti taghkom, li huma dejjem milqugha. Tinsewx- Radju Katidral hu r-radju li jwasslilkom lehen il-Katidral f’darkom!

Photo by: Anthony Grech