News - L-Erbgħat ta’ Santa Marija.
Developed by: Videotones Malta ICT
Radju Katidral 90.90 fm st
Lehen il- Katidral f' darek
“Santa Marija Mtellgħa s-Sema, flimkien mal-għeżież
Tagħna, tgħinna fil-mixja tal-fidi tagħna.”
L-Għid ta’ Santa Marija hu wieħed mill-aqwa sinjali li Alla l-Missier tana wara l-qawmien t’Ibnu Ġesu’, fil-mixja tagħna ta’ bnedmin lejn il-milja tal-eżistenza tagħna. L-Erbgħat ta’ Santa Marija huma okkażżjoni sabiħa biex nippreparaw għall-festa tal-Patruna tagħna. Tajjeb li bħala komunita’ parrokkjali niġu l-Katridral u nitolbu lil Santa Marija u nieħdu sehem waqt il-quddiesa. J’Alla Ommna Santa Marija tkun għalina lkoll dik l-Omm li tressaqna lejn Binha Ġesu’ li huwa dejjem magħna fil-Komunita’ Ekkleżjali.
Biex inkomplu nkabbru l-ispirtu komunitarju, din is-sena ċ-ċelebranti ser ikunu s-saċerdoti tal-Parroċċa li jiċċelebraw il-quddiesa tas-7.15 pm bis-sehem tal-korijiet tal-Parroċċa.
• Fis-6.45 p.m ikollna r-rużarju meditat immexxi minn xi grupp fi ħdan il-komunita’ parrokkjali.
• Waqt il-quddiea tad-9.00 p.m. jiġu msemmija l-għeżeiż mejtin tal-familji li joqogħdu f’dawk it-toroq li jkunu mistiedna f’dik il-ġurnata.